LUX, il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2021.
European Parliament.| Publication | Luxembourg : Publications Office, 2021. |
| Summary | Qatt daqs illum, f’nofs pandemija globali, ma huwa importanti li niddefendu ċ-ċinema u l-kultura li verament jġibru n-nies flimkien. F’dan l-isfond diffiċli, il-Parlament Ewropew u l-European Film Academy, flimkien mas-sħab tagħhom, huma kburin li jippreżentaw premju ċinematografiku ġdid. “LUX — il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza” tal-Parlament Ewropew u l-European Film Academy (EFA), li tnieda f’Settembru 2020, huwa s-suċċessur tal-Premju Ċinematografiku LUX, stabbilit mill-Parlament Ewropew fl-2007, u tal-People’s Choice Award tal-EFA, introdott fl-1997. Permezz ta’ dan il-premju mġedded, il-Parlament Ewropew u l-EFA, fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea u l-Europa Cinemas, qegħdin jiċċelebraw il-produtturi tal-films li jwasslu stejjer Ewropej fuq l-iscreens tagħna. L-għan huwa li intom, it-telespettaturi, tiġu nkoraġġuti tiskopru l-aqwa taċ-ċinema Ewropea u tipparteċipaw fi stejjer ċinematografiċi miktuba u ffilmjati għalikom minn narraturi u diretturi Ewropej. Inti mistieden issir parti mill-akbar ġurija Ewropea billi tikklassifika l-films nominati. Flimkien mal-Membri tal-Parlament Ewropew, tista’ tieħu sehem f’dibattitu u tiddeċiedi liema hija l-aktar storja influwenti u li tqanqal. Il-film li tagħżel jista’ jirrifletti ċerti emozzjonijiet, jista’ jirrakkonta storja dwar ġlieda għal bidla jew għal kawża, jew jista’ jixhed vjaġġ spiritwali. Jista’ wkoll jispirak grazzi għall-personaġġi eċċellenti tiegħu, l-użu mirqum tal-kamera jew minħabba l-ambjent, ix-xenarji jew is-suġġetti murija. Jista’ jinvolvik bir-rakkont ta’ storja li tolqtok, bit-turija ta’ sitwazzjoni li int partikolarment familjari magħha jew billi jgħinek tagħmel skoperti ġodda. Ma jimpurtax liema film tagħżel; nixtiequk biss ISSEMMA’ LEĦNEK! |
| Contents |
| Subject | Culture |

| Catalogue number | QA-03-20-855-MT-C |
| ISBN | 978-92-846-7621-7 |
| Physical Description | [30] p. : col. photo. |
| EuroVoc | film production. cultural prize. cinema. cultural event. film industry. |